Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

It-Three Lions b’konfront aktar iebes fit-tieni logħba

(Ritratt: EPA)

20:00 – GRUPP B – INGILTERRA V STATI UNITI

Fl-aħħar partita tal-ġurnata, fil-Al Bayt Stadium ser naraw l-Ingilterra li ser tipprova tkompli l-bidu eċċezjonali tagħha b’rebħa fuq l-Istati Uniti. L-Amerikani ġew miżmuma minn Wales fl-ewwel logħba tagħhom fil-kompetizzjoni wara li kien ilhom nieqsin 8 snin mit-Tazza tad-Dinja

Ingilterra urew dominanza assoluta fl-aħħar partita kontra l-Iran fej għelbu lill-avversarju tagħhom bl-iskor ta’ 6-2. Milli rajna sissa l-Ingliżi huma meqjusa bħala skwadra li jistgħu jirbħu t-Tazza tad-Dinja, hekk kif jixtiequ jerġgħu jirbħu din il-kompetizzjoni prestiġjuza wara nuqqas ta’ 56 sena. L-Istati Uniti ser jagħmlu minn kollox sabiex iżommu lill-avversarju tagħhom u jiksbu riżultat tajjeb minn dan il-konfront.

Mill-għaxar darbiet li lagħbu kontra xulxin dawn iż-żewġ timijiet,l-Ingilterra rebħu tmienja, l-Istati Unti darbtejn u darba draw.