Ftit tal-jiem ilu, fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta ġie mniedi ktieb ġdid li jġib l-isem tà ‘Patri Donat Spiteri: Qaddej tal-Kelma ta’ Alla’ miktub minn Fr Martin Micallef.
It-tnedija ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Iskrittura, il-Lhudi u l-Grieg tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Matul it-tnedija sar qari bil-Lhudi u bil-Grieg minn testi partikulari mill-Iskrittura u diskorsi dwar il-Bibbja, dwar l-istorja tal-Fakultà tat-Teoloġija f’Malta, kif ukoll dwar it-tqassim ta’ dan il-ktieb-bijografija ta’ P. Donat Spiteri miktub fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid tiegħu.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar P. Donat u l-pastorali biblika li wettaq flimkien mat-tagħlim tal-Iskrittura fl-Università ta’ Malta, legat li huwa ħalla fil-Knisja f’Malta.
Kite Group daħal għal din il-pubblikazzjoni magħmula minn aktar minn 600 paġna li tiġbor fiha l-ħajja u l-ħidmiet li wettaq P. Donat, il-kitbiet tiegħu, flimkien ma’ numru ta’ ritratti li jfakkru episodji diversi minn ħajtu.
//= $special ?>