Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-Iran bit-tama li jnessu r-riżultat diżappuntanti b’rebħa kontra Wales

(Ritratt: EPA)

11:00 – GRUPP B – WALES V IRAN

Il-partita li se tkun qed tiftaħ it-tieni rawnd ta’ partiti hija dik minn Grupp B bejn Wales u l-Iran.

L-Iran ta’ Queiroz iridu jtejbu l-aħħar riżultat li kisbu kontra l-Ingilterra fejn tilfu bl-iskor ta’ 6-2. Wales fuq in-naħa l-oħra jittamaw li jiksbu l-ewwel tlett punti wara li salvaw punt fl-aħħar għaxar minuti kontra l-Istati Uniti.

Wales urew determinazzjoni kbira sabiex jiksbu d-draw kontra l-Istati Uniti, b’Gareth Bale ikun il-protagonista fl-aħħar mumenti tal-logħba meta tefa’ ġewwa minn penalty filwaqt li l-Iran sabu avversarju wisq b’saħħtu fl-Ingilterra fl-ewwel logħba u ftit setgħu jagħmlu biex jevitaw disfatta.