Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Sentejn ilu miet l-istilla tal-Arġentina Diego Armando Maradona

(Ritratt: EPA)

Hekk kif għada l-Arġentina jilagħbu t-tieni konfront tagħhom minn Grupp C kontra l-Messiku, illum il-25 ta’ Novembru, huwa it-tieni anniversarju mill-mewt tal-leġġenda ta’ Napoli u Arġentina Diego Armando Maradona. Bla dubju li kieku Maradona għadu ħaj kienu ikun preżenti fil-Qatar biex isegwi lill-Albiceleste.

Ir-ritratt juri l-aħħar dehra ta’ Maradona f’partita tat-Tazza tad-Dinja mir-rawnd tal-aħħar sittax bejn l-Arġentina u Franza fl-2018 fir-Russja.