Lokali Qorti

Tliet persuni jibqgħu arrestati wara li ġew akkużati fuq hold up armat fin-Naxxar

Il-Qorti żammet tliet persuni arrestati fuq akkużi li aktar kmieni din il-ġimgħa żammew raġel b’arma tan-nar, f’serqa li ħalliet lill-vittma feruta serjament. Is-serqa armata seħħet nhar l-Erbgħa fin-Naxxar, meta żagħżugħ ta’ nazzjonalità Serba ta’ 26 sena kien daħal f’appartament, bil-vittma, Olandiż ta’ 42 sena ġewwa, flimkien ma’ mara Franċiża ta’ 29 sena, li qed tiġi mixlija li kienet kompliċi.

Il-ħalliel huwa allegat li rabat lill-koppja u talabhom biex jgħaddulu l-flus u oġġetti oħra, waqt li kien armat b’pistola. Fis-serqa nsterqu ‘il fuq minn €2,300 fi flus kontanti u oġġetti ta’ valur, li matulha l-vittma, r-raġel li spiċċa ferut ukoll b’sikkina mill-ħalliel, li ftit wara nqabad mill-pulizija.

L-investigazzjonijiet indikaw li l-mara li kienet qed takkumpanja lill-vittma fl-appartament tiegħu kienet, fil-fatt, kompliċi, li kkofoffat mal-ħallelin biex tisraq lill-vittma. Victor Markovic ta’ 39 sena mis-Serbja, Vladimir Pajic ta’ 26 sena, wkoll mis-Serbja u Milica Kurcubic ta’ 29 sena minn Franza tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, akkużati b’serq aggravat bi vjolenza, mezzi u ammont.

Markovic ġie mixli wkoll li żamm lill-vittma kontra r-rieda tiegħu, li kkaġuna lill-vittma jsofri ġrieħi gravi u li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar waqt li kien qed isir reat. Kurucubic kien akkużat ukoll li ppreżenta rapport falz tal-pulizija u li ffabbrika evidenza.

Victor Markovic ta’ 39 sena mis-Serbja, Vladimir Pajic ta’ 26 sena mis-Serbja u Milica Kurcubic ta’ 29 sena minn Franza ġew mixlija b’serq vjolenti u assoċjazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. Markovic ġie mixli separatament li żamm lill-vittma kontra r-rieda tiegħu, li kkawża lill-vittma ġrieħi li ġew ikklassifikati bħala ta’ natura gravi u li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar waqt ir-reat.

Kurucubic kien mixli wkoll li ffaċilita d-delitt. It-tliet akkużati kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin. Il-libertà proviżorja ma ġietx mitluba mid-difiża. L-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Ritienne Gauci mexxew il-prosekuzzjoni. L-Avukat Charmaine Cherret kienet l-avukat difensur ta’ Markovic, għal Pajic deher l-Avukat Joseph Bonniciu u għa Kurkubic deher l-Avukar Shazoo Ghaznavi. L-avukati Stefano Filletti u Maurice Meli rrappreżentaw lill-vittma.