Lokali

Wirja t’arti minn persuni b’diżabbilità

Fl-ewwel jiem ta’ Diċembru se ssir wirja t’ arti minn persuni b’diżabbilità bl-isem ‘Nativus Mariam – Born From Mariam‘ imtellà mill-Għaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni Ħamrun.

Din il-wirja msejjsa fuq żewħ pilastri li huma innovazzjoni u inklussivita, se tkun miftuħa għall-pubbliku mill-1 ta’ Diċembru sal-4 ta’ Dicembru bejn il-5pm u t-8pm.

F’din il-wirja ser jippartecipaw madwar 80 tifel u tifla mill-Guardian Angel School, minn dar il-Kaptan, mill-Inspire u mill-Happy Parenting Malta.