Internazzjonali

ĊINA: Protesti kbar jiddominaw il-provinċja ta’ Xinjiang

Protesti kbar iddominaw fil-provinċja ta’ Xinjiang fiċ-Ċina wara li l-Ħamis li għadda 10 persuni nqatlu f’nirien li ħakmu binja ta’ appartamenti.. bil-persuni maqbuda ġewwa bdew jibzgħu joħorġu kaġun tar-restrizzjonijiet stretti tal-lockdown minħabba l-Covid. Fl-istess nirien indarbu wkoll disa’ persuni.

L-awtoritajiet issa wiegħdu li jibdew ineħħu gradwalment ir-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid li ilhom fis-seħħ minn Awwissu li għadda, għalkemm ċaħdu li dawn waqqfu lin-nies milli jaħarbu min-nirien.