Lokali Saħħa

Covid-19: 11-il każ ġdid

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt instabu 11-il każ ġdid ta’ Covid-19.  Dan filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 19-il persuna oħra.

B’hekk it-total ta’ każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna preżentament huwa ta’ 188.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 809.