“Iżjed ma jgħaddi ż-żmien iżjed ninduna li l-ħajja tgħaddi bħal berqa u li xi mument irridu nagħtu kont ta’ ħajjitna”.
Kien dan il-qofol tal-messaġġ li wassal fl-omelija tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-10 snin mill-ħatra tiegħu bħala Isqof.
L-Arċisqof irringrazzja lil Alla li ġie msejjaħ sabiex jaqdi lill-poplu Malti, filwaqt li saħaq li s-soċjeta li ngħixu fiha tinfluwenzalna ħajjitna. Huwa talab ukoll lill-poplu biex jitlob għalih.
Preżenti għal din il-quddies kien hemm fost l-oħrajn il-President George Vella u s-Sinjura Vella, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti, membri tal-kleru u l-familja tiegħu.
Intant fl-għaxar anniversarju tiegħu f’din il-kariga, l-Arċisqof Charles Scicluna għamel żjara il-Freeport fejn ċċelebra quddiesa f’wieħed mill-imħażen u ltaqa’ mal-impjegati. Il-quddiesa kienet offruta għal daw il-vittmi kollha li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.
//= $special ?>