Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Id-Daniżi jridu jtejbu l-prestazzjoni kontra ċ-champions tad-dinja

(Ritratt: EPA)

GRUPP D – FRANZA V DANIMARKA

Franza tista’ taċċerta postha mal-aħħar 16 f’dak li hu meqjus bħala l-aħjar konfront tal-grupp. Ir-rebħa kontra l-Awstralja uriet is-saħħa tal-Franċiżi u jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti. F’din il-partita, Olivier Giroud jittama li jsib ix-xibka u jsir l-aqwa skorer ta’ Franza ta’ kull żmien.

Id-Danimarka żgur li trid itejjeb il-prestazzjoni tagħha mill-ewwel ħarġa. Huma anki ssugraw li jitilfu l-logħba għalkemm seta’ kellhom penalty favurihom lejn it-tmiem. Bil-konfront kontra l-aħjar tim hu t-tieni wieħed, id-Danimarka tista’ tkun f’xifer l-eliminazzjoni jekk titlef dan il-konfront. Huma jistgħu jsiru biss it-tieni tim li jispiċċaw draw fl-aħħar ħames logħbiet fit-Tazza tad-Dinja.