Wara li skorjaw l-ewwel gowl tagħhom tat-Tazza tad-Dinja tal-2022 kontra l-Qatar, il-plejers tal-Ekwador kollha niżlu għarkubbtejhom mal-art u ppuntaw lejn is-sema.
Kien ġest emozzjonali mmirat biex jonora l-eks plejer tal-Ekwador Christian ‘Chucho’ Benitez, li miet fil-Qatar fl-2013.
Il-mewt tiegħu għadha tħalli l-marka tagħha fuq l-Ekwador disa’ snin wara u kontra l-Olanda t-tim reġa onora lil Benitez wara l-gowl tad-draw ta’ Enner Valencia fil-Khalifa Stadium, 6 kilometri ‘l bogħod mill-isptar fejn miet.
Benitez kien wieħed mill-akbar stilel tal-Ekwador u lagħab fil-Premier League Ingliż għal Birmingham City u kien l-aqwa skorer fl-ogħla diviżjoni tal-Messiku tliet darbiet meta kien plejer ta’ Club de Fútbol América.
Il-Federazzjoni tal-Futbol Ekwadorjana rtirat il-flokk numru 11 iżda skond ir-regoli tal-FIFA, kull numru bejn l-1 u s-26 irid jintlibes f’Tazza tad-Dinja u għalhekk Michael Estrada jilbes in-Nru 11 f’dan it-tournament u qed iġorr l-emozzjoni kollha li jġib miegħu.
//= $special ?>