Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-pressjoni tinsab fuq Messi u sħabu

(Ritratt: EPA)

20:00 – GRUPP C – ARĠENTINA V MESSIKU

Wara t-telfa xejn mistennija kontra l-Arabja Sawdija, il-pressjoni tinsab fuq l-Arġentina biex tikseb rebħa u terġa’ tpoġġi lilha nnifisha fit-triq tal-kwalifikazzjoni. Il-konfront kontra l-Messiku hu delikat anki għaliex il-Messikani kellhom jikkuntentaw bi draw kontra l-Polonja.

L-Arġentina kienet ġejja minn 36 logħba mingħajr telfa. B’telfa fl-ewwel ħarġa, Lionel Messi għandu l-pressjoni biex imexxi lil sħabu warajh u jiksbu rebħa bi prestazzjoni konvinċenti. L-Arġentini mhux megħluba fl-aħħar għaxar ħarġiet kontra l-Messiku.