Titħabbar il-mewt tat-tabib Joseph Muscat – Baron, li kellu dixxendenza Maltija u li kien jippratika mal-familja Rjali ta’ Dubai. Hu magħruf għal-promozzjoni tal-edukazzjoni mediċinali fl-Emirati, fejn okkupa l-kariga ta’ konsulent u tabib speċjalizzat fil-qalb fl-awtorità tas-saħħa ta’ Dubai.
Kien ukoll reponsabbli għall-iżvilupp ta’ diversi oqsma mediċinali meta kien jokkupa l-kariga ta’ direttur għall-mediċina ġenerali fl-Isptar Rashid u l-Isptar ta’ Dubai.