Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Is-Sawdi biċ-ċans li jikkwalifikaw mill-gruppi għall-ewwel darba mill-1994

(Ritratt: EPA)

14:00 – GRUPP C – POLONJA V ARABJA SAWDIJA

Il-Polonja taffronta lit-tim li jinsab fil-quċċata, xi ħaġa li qabel bdiet il-kompetizzjoni ftit kienu jbassruha. Għalihom din il-logħba hi determinanti u żgur li se jserrħu fuq il-kwalitajiet ta’ Robert Lewandowski, minkejja l-penalty li falla fl-ewwel logħba.

L-Arabja Sawdija ħasdet lil kulħadd bir-rebħa kontra l-Arġentina u għandhom il-moral għoli qabel il-logħba tal-lum. L-istil tal-kowċ Herve Renard niżel tajjeb mal-plejers u jekk jirrepetu l-prestazzjoni ma tkunx sorpriża jekk jerġgħu jiġbru l-punti. Rebħa għall-Arabja Sawdija tiggarantixxi kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss, l-ewwel darba mill-1995 ‘l hawn.