Internazzjonali

ITALJA: Numru ta’ persuni mejta kawża ta’ valangi

Huwa maħsub li numru ta’ persuni tilfu ħajjithom kaġun ta’ valangi fil-gżira Taljana ta’ Ischia.  Dan filwaqt li fost dawk rappurtati nieqsa hemm mara ta’ 25 sena u familja inkluż tarbija tat-twelid.

Diversi valangi ġew ikkawżati minn maltempati tax-xita u għargħar fil-belt ta’ Casamicciola Terme, li tinsab madwar 20 mil barra mill-kosta ta’ Napli. Valangi li kkawżaw tqaċċit ta’ siġar, bil-karozza spiċċaw jitkaxkru fil-baħar. Dan apparti li kien hemm bosta bini li spiċċa ġġarraf. 

Bosta operazzjonijiet ta’ salvataġġ li kienu jinkludu dgħajjes u ħelikopters kellhom jitħabtu ferm biex jaċċessaw il-gżira minħabba t-temp ħażin.