Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Żejtun Red Stars jibqgħu jirbħu

Żejtun Red Stars komplew bd-dominju tagħhom fil-Kampjonat tal-Veterani meta għelbu lil Pietà Hotspurs 7-2.

Il-gowl taż-Żwieten waslu minn tripletta ta’ Gilbert Camilleri Lowell, doppjetta ta’ Micheal Borg Olivier u gowl kull wieħed ta’ Tyron Borg u George Frendo.

Iż-żewġ gowls ta’ Pietà waslu minn Erroll Burnell u Malcolm Camilleri.

Isegwu lil Żejtun baqgħu MFPA li mingħajr wisq tbatija għelbu lil Żurrieq Wolves 6-1.

Il-golws ta’ MFPA waslu minn tripletta ta’ Jonathan Bondin u gowl kull wieħed ta’ Thomas Paris, Carlo Mamo u Branko Nisevic filwaqt li l-uniku gowl ta’ Żurrieq wasal minn Robert John Zammit.

Gżira United kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Luxol St. Andrews 7-1.

Kienu Luxol li marru minn fuq permezz ta’ Micheal Galea iżda doppjetti minn Alex Muscat u Firas Aboulezz u gowl kull wieħed ta’ Jonathan Pearson, Beppe Antignolo u Aaron Xuereb taw rebħa komda lill-Maroons.

L-aktar logħba li offriet gowls kienet dik bejn Rabat Veterans u Birkirkara St. Helen’s b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa 13-4.

Bla dubju li l-akbar protagonist tal-logħba kien Claudio Calleja li sab ix-xibka ħames darbiet għal Birkirkara bil-gowls l-oħra jaslu minn tripletta ta’ Glenn Bonello, doppjetta ta’ David Azzopardi u gowl kull wieħed ta’ Christian Caruana, Mario Caruana u awtogowl.

It-tliet gowls ta’ Rabat waslu minn Timothy Zammit, Kevin Loughborogh u Clint Micallef.

KLASSIFIKA – VMFA HYUNDAI PREMIER LEAGUE

Żejtun Red Stars 19, MFPA 16, Birkirkara St Helen’s 13, Gżira United 12, Pieta’ Hotspurs 7, Rabat, Luxol 5, Żurrieq Wolves 2.