Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Kylian Mbappe jpoġġi lil Franza mal-aħħar sittax

(Ritratt: EPA)

Franza v Danimarka 2-1

Franza: H. Lloris, J. Kounde, R. Varane (I. Konate 75′), D. Upamecano, T. Hernandez, A. Tchouameni, A. Rabiot, O. Dembele (K. Coman 75′), A. Griezmann (Y. Fofana 90′), K. Mbappe, O. Giroud (M. Thuram 63′)

Danimarka: K. Schmeichel, J. Andersen, A. Christensen, V. Nelsson, R. Kristensen (A. Bah 90′), P. Hojbjerg, C. Eriksen, J. Maehle, J. Lindstrom (C. Norgaard 85′), A. Cronelius (M. Braithwaite 46′), M. Damsgaard (K. Dolberg 73′)

Referee: Szymon Marciniak

Minn Grupp D, Franza għelbu lid-Danimarka bl-iskor ta’ 2-1, bl-attakkant Kylian Mbappe jkun protagonista b’żewġ gowls għat-tim Franċiż u b’hekk Franza kwalifikaw għal mal-aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja.

Bl-ewwel taqsima tkun waħda bilanċjata b’okkażjonijiet ta’ skor fuq iż-żewġ naħat, kien fit-tieni taqsima propju fil-61 minuta meta wara azzjonijiet maħduma tajjeb bejn Theo Hernandez u Kylian Mbappe, kien dan tal-aħħar li xeħet għal wara Kasper Schmeichel b’konklużjoni fil-baxx għal 1-0.

Id-Danimarka rrispondew u kien minn corner ta’ Christian Eriksen li sab lil Andreas Christensen li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lil Hugo Lloris għal 1-1. Minkejja li d-Danimarka żiedu fil-kunfidenza u kienu aktar offensivi, kien Franza li reġgħu marru fil-vantaġġ fis-86 minuta li minn cross mil-lemin ta’ Antoine Griezmann reġa kien Kylian Mbappe li daħal fuq it-tieni lasta u kkonkluda għal 2-1.