Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-Awstralja jirbħu b’gowl ta’ Duke

(Ritratt: EPA)

Tuneżija v Awstralja 0-1

Awstralja: M. Ryan, F. Karacic (M. Degenek 75′), H. Souttar, K. Rowles, A. Behich, J. Irvine, A. Mooy, M. Leckie (K. Baccus 85′), R. McGree (A. Hrustic 64′), C. Goodwin (A. Mabil 85′), M. Duke (J. MacLaren 64′)

Tuneżija: A. Dahmen, D. Bronn (W. Kechrida 73′), Y. Meriah, M. Talbi, M. Drager (F. Sassi 46′), E. Skhiri, A. Laidoumi (W. Khazri 67′), A. Abdi. N. Sliti, Y. Msakni, I. Jebali (T. Khenissi 73′)

Referee: Daniel Siebert

L-Awstralja kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq it-Tuneżija bil-gowl uniku ta’ din il-partita jasal fit-23 minuta permezz ta’ Matthew Duke. Għall-Awstralja din kienet l-ewwel rebħa f’din it-Tazza tad-Dinja wara t-telfa kontra Franza u t-tieni rebħa fl-istorja.

Għat-Tuneżija din kienet l-ewwel telfa wara li fl-ewwel partita temmew fi draw ta’ mingħajr gowl kontra d-Danimarka.

Bi ftit azzjonijiet matul l-ewwel taqsima, l-unika azzjoni perikoluża u ta’ nota waslet fit-23 minuta meta minn cross minn naħa tax-xellug ta’ Craig Goodwin kien l-attakkant Mitchell Duke li għola tajjeb u għeleb lil Dahmen b’daqqa ta’ ras tajba.

Fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess bit-Tuneżija joħolqu aktar opportunitajiet ta’ skor iżda ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti ta’ Matt Ryan, bid-difiża Awstraljana tagħraf tagħlaq l-ispazzji b’mod tajjeb għall-skor finali ta’ 1-0.