Atletika Sport

Matthew Xuereb u Jemima Farley jersqu aktar viċin li jirbħu l-Malta International Challenge Marathon

Il-Malta International Challenge Marathon, ospitata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club, u l-unika tellieqa f’Malta mifruxa fuq tlett ijiem reġgħet sabet postha fil-kalendarju lokali tal-ġiri fit-toroq wara assenza ta’ sentejn minħabba restrizzjonijiet tal-pandemija

Il-Ġimgħa Matthew Xuereb u Jemima Farley, li hija atleta skoċċiża ibbażata Malta, ħadu l-ewwel tat-tappa tas-Siġġiewi, li kienet tikkonsisti f’ġirja ta’ 16-il kilometru (10 mil).

Xuereb u Farley kienu l-ewwel żewġ atleti li spiċċaw f’ħin ta’ 0:57:17 u 0:58:37 rispettivament. It-tieni biex spiċċa d-distanza kien Clive Ferrante segwit minn George Said. Cliantha Yasenchack kienet it-tieni mara li spiċċat segwita minn Josianne Cilia Mumford.

Fil-kategorija tat-timijiet tar-relay, Joseph Borg kien l-ewwel li spiċċa.

Intant is-Sibt sar it-tieni stadju tal-Malta International Challenge Marathon b’Matthew Xuereb u Jemima Farley komplew is-sensiela tar-rebħ tagħhom fit-tieni tappa tal-Malta International Challenge Marathon, organizzata minn Birkirkara St. Joseph Sports Club.

It-tieni stadju tat-tellieqa rat lill-atleti jiġru korsa ta’ 5km f’Marsascala, li minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp ma naqqsetx l-element ta’sfida tal-atleti

Clive Ferrante u Glen Borg kienu t-tieni irġiel li spiċċaw it-tellieqa, filwaqt li l-atleta femminili

Cliantha Yasenchack reġgħet kisbet it-tieni post. Nicola Camilleri, kisbet it-tielet post meta ghaddiet lil Donatella Fenech b’ftit sekondi vantagg.

Fis-segment tar-Relay Team, Neil Brimmer kien l-ewwel li spicca.

L-aħħar tappa tal-Malta International Challenge Marathon se ssir il-Ħadd 27 ta’ Novembru u tibda fit-8am f’Buġibba.