Lokali

“Miraklu kienet din tiegħek Len” – oħt il-mara ta’ wieħed mill-irġiel li kienu involuti fl-isplużjoni

Leonard Bartolo lura d-dar... jgħid li jinsab 'mhux ħażin'

F’post fuq il-media soċjali, oħt il-mara ta’ wieħed mill-irġiel li kienu involuti fl-isplużjoni li seħħet dalgħodu, kitbet li kien miraklu li Leonard Bartolo għadu ħaj.

Hija tiddeskrivi kif għaddew minn xokk malli semgħu li seħħet splużjoni fil-kamra tan-na hekk kif ħasbu li se jitilfu persuna oħra mill-familja tagħhom. Dan hekk fl-2015 Leonard kien tilef lill-ibnu Matthew f’inċident li kien seħħ f’fabbrika.

Intant f’post fuq il-media soċjali Leonard Bartolo kiteb li jinsab mhux ħażin hekk irritorna d-dar. Huwa sellem il-memorja tal-ħabib kbir tiegħu Leonard Camilleri filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li tawh l-għajnuna kif ukoll lill-ħaddiema tas-CPD, Pulizija, tobba u nurses.