Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Mitchell Duke prodott ta’ tim imwaqqaf mill-Maltin fl-Awstralja

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Mitchell Duke, il-player li skorja l-gowl tar-rebħa fil-partita kontra t-Tuneżija, huwa prodott ta’ Paramatta Melita Eagles, klabb li twaqqaf mill-Maltin fl-Awstralja. Duke kien ma’ Paramatta Eagles bejn l-2009 u l-2010 qabel ma’ ssieħeb ma’ Central Coast Mariners.

Il-klabb ta’ Paramatta Melita Eagles twaqqaf fl-1956 u huwa klabb semi-professjonali fejn għal numru ta’ staġuni kkompeta wkoll fin-National Soccer League.