Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Partitarju ta’ Wales imut waqt li kien qiegħed il-Qatar

(Ritratt: EPA)

Kevin Davies ta’ 62 sena miet waqt li kien fil-Qatar bħala partitarju ta’ Wales. Davies kien ma ibnu u ddaħħal l-isptar wara l-partita kontra l-Iran fejn miet aktar tard.

Il-midja internazzjonali qed tgħid li Davies ma attendiex għall-partita kontra l-Iran wara li ħassu ma jiflaħx. Paul Corkrey mill-Football Supporters Association Cymru qal li Davies kien parti kbira mill-partitarji ta’ Wales u li din hija telfa kbira għalihom.