Kawża tal-maltemp li fl-aħħar sigħat laqat lill-gżejjer Maltin, il-workshops u s-sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li kienu skedati li jsiru llum, ġew posposti għal data oħra.
Apparti dawn ġie pospost ukoll il-Kunsill Ġenerali li kien se jsir għada fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Għaldaqstant, għada se ssir intervista lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li tixxandar fuq Net Television fil-ħdax ta’ filgħodu.
Aktar tard naġġornawkom bid-dati l-ġodda tal-Kunsill Ġenerali.
//= $special ?>