Lokali

RITRATTI: Splużjoni li ħalliet ħerba fis-St Joseph Fireworks Factory

L-istatwa ta' San Ġużepp baqgħet mhux mittiefsa

Diversi filmati u ritratti li kiseb Net News juru l-ħerba li ħalliet l-isplużjoni qawwija li qerdet il-kmamar li jiffurmaw parti mill-Kumpless tan-Nar St. Joseph Fireworks Factory.

Filmat partikolari jindika li s-saħħa tal-isplużjonijiet litteralment tajjret il-knatan tal-kmamar, li spiċċaw borġ ġebel.

F’dan l-istess filmat tidher l-istatwa ta’ San Ġużepp f’nofs dan il-Kumpless. Din l-istatwa baqgħet prattikament intatta.

Din it-traġedja ħasdet il-ħajja ta’ Nardu Camilleri, li għal diversi snin serva bħala licensee f’dan il-post tan-nar.

L-aħbar nislet ukoll sens kbir ta’ luttu fir-raħal ċkejken ta’ Ħal Kirkop.