Lokali

Saqaf ta’ ħanut jikkollassa minħabba l-maltemp

Hekk kif fl-aħħar ħin il-gżejjer Maltin u Għawdxin intlaqtlu minn maltempata kbira bis-sajjetti u bir-ragħad, il-ħwienet li jinsabu fl-istabbiliment ‘The Point’ f’Tas-Sliema ġarrbu ħsarat estensivi.

Filfatt is-saqaf tal-ħanut River Island, li jinsab fil-livell -2 tal-istabbiliment ikkollassa minħabba l-maltemp.

Jidher ukoll li l-bini ġarrab ħsarat kbar minħabba l-ilma tax-xita li daħal fl-istabbiliment.