Lokali

SPLUŻJONI KAMRA TAN-NAR: Tfittxija għal raġel li għadu rappurtat nieqes

Diversi rapporti qed jindikaw li raġel għadu rappurtat nieqes wara l-isplużjonijiet li seħħew fil-Kamra tan- Nar San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li t-tfittxijiet min-naħa tas-CDP għadhom ma bdewx sakemm ikun assigurat li ma jkunx hemm aktar periklu fiz-zona tal-kamra tan-nar. Dan għaliex minn ħin għall-ieħor għadhom qed jinstemgħu xi splużjonijiet żgħar

Dan ifisser li għadu prematur li wieħed jitkellem dwar vittmi ta’ din l-isplużjoni.

Hu mifhum li f’din l-isplużjoni kienu involuti tliet persuni oħra li kollha ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn ir-raġel ta’ 45 sena u r-raġel ta’ 63 sena ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel ta’ 72 sena ma ġarrab ebda ġrieħi.