Passiġġier li kien irrappurtat nieqes meta kien waqt cruise fil-Golf tal-Messiku, ġie salvat wara aktar minn 24 siegħa fil-baħar.
Ir-raġel li għandu 28 sena, l-Erbgħa filgħaxija, kien f’bar ma’ oħtu iżda ma rritornax fil-kamra tiegħu. Kien hawn meta hi avżat lill-ekwipaġġ dwar l-għajbien ta’ ħuha.
Diversi ħaddiema tas-salvataġġ bdew tfittxija għar-raġel fil-baħar, fejn wara sigħat twal, intlemaħ madwar 20 mil ‘il barra mill-kosta ta’ Louisiana. Huwa nstab f’kundizzjoni stabbli.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex ir-raġel spiċċa waqa’ l-baħar.
//= $special ?>