Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Tasal l-ewwel rebħa tal-Arġentina

(Ritratt: EPA)

Arġentina v Messiku 2-0

Arġentina: E. Martinez, G. Montiel (N. Molina 63′), N. Otamendi, L. Martinez, M. Acuna, R. De Paul, G. Rodriguez (E. Fernandez 57′), A. Mac Allister (E. Palacios 69′), A. Di Maria (C. Romero 69′), L. Messi, L. Martinez (J. Alvarez 63′)

Messiku: G. Ochoa, K. Alvarez (R. Jimenez 66′), N. Araujo, C. Montes, H. Moreno, J. Gallardo, L. Chavez, H. Herrera, A. Guadrado (E. Gutierrez 42′), H. Lozano (R. Alvarado 73′), A. Vega (U. Antuna 66′)

Referee: Daniele Orsato

L-Arġentina kisbu rebħa importanti u l-ewwel waħda tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja meta għelbu lil Messiku bl-iskor ta’ 2-0. B’hekk b’din ir-rebħa, l-Arġentina żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw filwaqt li għal Messiku din it-telfa resqithom pass eqreb lejn l-eliminazzjoni.

Bl-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls, kien mument maġiku ta’ Lionel Messi li fetaħ l-iskor għall-Arġentina fit-tieni taqsima, meta fl-64 minuta wara li rċieva mingħand Angel Di Maria, Lionel Messi kkonkluda għal wara Guillermo Ochoa. L-Arġentina baqgħu juru s-superjorità tagħhom matul din il-partita u kien fis-87 minuta li minn corner qasir ta’ Lionel Messi, sab lil Enzo Fernandez li wara li daħal fil-kaxxa kkonluda fir-rokna tax-xiba għal 2-0 fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-players u l-partitarji tal-Arġentina.