Internazzjonali Mużika

Titħabbar il-mewt tal-kantanta Irene Cara

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-kantanta Irene Cara, hija kellha 63 sena. Cara tibqa’ mfakkra għas-silta mużikali ‘Flashdance… what a feeling tal-film ‘Flashdance’… liema silta rebħitha oscar u grammy award.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tagħha.

Hija twieldet fl-1962 fi New York, fejn fl-età ta’ ħames snin kienet diġà bdiet timpressjona bit-talent li kellha. Cara bdiet il-karriera tagħha meta kienet tkanta u tiżfen fuq stazzjon televiżiv Spanjol meta kienet tagħti wirjiet flimkien mal-band li kellu missierha.

Irene Cara tibqa’ mfakkra wkoll għas-silta mużikali ‘Fame’.