Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Tliet punti li jistgħu jkunu kruċjali għat-Tuneżija jew l-Awstralja

(Ritratt: EPA)

11:00 – GRUPP D – TUNEŻIJA V AWSTRALJA

L-Awstralja se tipprova tirrispondi wara t-telfa kbira kontra Franza. Is-Socceroos sofrew telfa ta’ 4-1 fl-ewwel ħarġa filwaqt li t-Tuneżija kisbu punt fi draw ta’ mingħajr gowls kontra d-Danimarka. Din hi s-sitt dehra tat-Tuneżija fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja u qed jimmiraw li jaslu fil-fażi tan-knock-out għall-ewwel darba fl-istorja.

L-Afrikani rnexxielhom jiksbu rebħa fl-edizzjoni ta’ erba’ snin ilu u d-draw kontra d-Danimarka żgur li nissel fiduċja fit-tim. Konxji mill-fatt li l-aħħar konfront hu kontra Franza, it-Tuneżini qed iqisu dan il-konfront bħala ċ-ċans ideali li jiksbu t-tliet punti