Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Wojciech Szczesny l-eroj għall-Polonja

(Ritratt: EPA)

Polonja v Arabja Sawdija 2-0

Polonja: W. Szczesny, M. Cash, K. Glik, J. Kiwior, B. Bereszynski, P. Zielinski (J. Kaminski 63′), G. Kyrchowiak, K. Bielik, P. Frankowski, A. Milik (K. Piatek 71′), R. Lewandowski

Arabja Sawdija: M. Al Owais, S. Abdulhamid, A. Al Amri, A. Al Bulayhi, M. Al-Breik (S. Alganham 65′), S. Al-Najei (N. Al Abed 46′) (H. Bahebri 90′), A. Al Malki (A. Alobud 85′), M. Kanno, F. Al Birakan, S. Al-Shehri (N. Al Dawsari 86′), S. Al Dawsari

Referee: Wilton Sampaio

Il-gowlkiper tal-Polonja Wojciech Szczesny kien l-eroj għall-pajjiżu fir-rebħa ta’ 2-0 li kisbu kontra l-Arabja Sawdija. Minbarra n-numru ta’ save li għamel matul il-partita fejn ċaħħad lill-Arabja Sawdija f’bosta okkażjonijiet, kien fil-45 minuta fejn wettaq l-aktar save importanti meta salva penalty ta’ Salem Al-Dawsari biex mir-rebound, l-istess Szczesny reġa salva fuq xutt ta’ Mohammed Al Burayk.

F’taqsima mimlija azzjonijiet, l-Polonja fetħu l-vantaġġ fid-39 minuta meta minn pass ta’ Matty Cash, Robert Lewandowski dar mal-gowlkiper u wara għadda lejn Piotr Zielinski li kkonkluda fis-saqaf tax-xibka. Fl-azzjoni sussegwenti, l-Arabja Sawdija ngħataw penalty meta Saleh Al-Shehri twaqqa fl-kaxxa minn Krystian Bielik. Mill-penalty, Al-Dawsari ra l-Szczensy jsalva bl-istess Szczesny jerġa jsalva fuq Al Burayk.

Fit-tieni taqsima, numru ta’ okkażjonijiet fuq iż-żewġ naħat bl-aktar perikolużi jkunu l-Arabja Sawdija iżda fit-82 kien Robert Lewandowski li għalaq l-partita fejn wara li seraq il-ballun mingħand Abdulelah Al Malki xeħet wara l-gowlkiper fil-baxx għal 2-0. Dan kien l-ewwel gowl għal Lewandowski fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.