Lokali

“Abela qed jimmanipula u jitfa’ l-ħtija fuq is-soċjetà” – Malta Women’s Lobby

“Robert Abela qed jipprova jimmanipula u jitfa’ l-ħtija fuq is-soċjetà”

Kien b’dan il-mod li l-Malta Women’s Lobby iddiskrivew l-azzjonijiet tal-Prim Ministru ta’ pajjiżna, Robert Abela meta tefa’ l-ħtija tal-vjolenza domestika li waslet għall-qtil ta’ Bernice Cassar fuq kull membru fis-soċjetà Maltija… f’kelma oħra, ħtija ta’ kulħadd barra ta’ Robert Abela. U dan ma jfisser xejn ħlief, Robert Abela, żgur mhux forsi mhux se jerfa’ r-responsabbiltà tan-nuqqas ta’ azzjoni lejn il-vittma.

Huma qalu li bi kliemu, Robert Abela wera biċ-ċar li qed jagħti assigurazzjoni falza għall-futur. L-għaqda kompliet li kulħadd jgħaraf li hemm bżonn li tittieħed azzjoni minnufih, iżda wieħed ma jistax jibqa’ jparla biss u ma jagħmel xejn dwar dan.

Saħqu kif il-Gvern immexxi minn Robert Abela, sena ilu, kellu jieħu f’kunsiderazzjoni r-rakomandazzjonijiet li saru mill-istudju dwar il-vjolenza domestika… u mhux baqa’ fuq l-ixkaffa… minkejja li ntefqu mal-€20,000 biex dan sar.

“Prim Ministru, ir-rakomandazzjonijiet kienu ilhom fuq id-desk tiegħek għal 12-il xahar, iżda tħalla jiġbor l-għabra,” qalet l-għaqda.