Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Belġju b’test ieħor diffiċli kontra l-Marokk

(Ritratt: EPA)

2.00pm – Belġju v Marokk

Fit-tieni partita ta’ Grupp F, il-Belġju se jkunu qed isibu avversarju ieħor diffiċli meta jilagħbu kontra l-Marokk. Fl-ewwel partita, l-Belġju għelbu lill-Kanada 1-0 f’partita fejn l-avversarji kienu aħjar mill-iskwadra ta’ Roberto Martinez. Għal din il-partita wkoll il-Belġju se jkunu mingħajr l-attakkant Romelu Lukaku li għadu barra minħabba injury.

Għall-Marokk din se tkun partita oħra fejn bħal ma għamlu fl-ewwel partita kontra l-Kroazja, it-tim ta’ Walid Regragui se jkunu jista’ juri l-kapaċitajiet tiegħu u bħat-timijiet l-oħra mill-kontinent Afrikan joffru sfida denja lill-avversarji tagħhom matul din it-Tazza tad-Dinja. Għall-Marokk f’din il-partita żewġ players dubjużi, Achraf Hakimi u Noussair Mazraoui.