Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Ġappun jittamaw li jirrepetu dak li għamlu kontra l-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

11.00 am – Ġappun v Costa Rica

Il-Ġappun imexxija minn Hajime Moriyasu se jkunu qed jittamaw li jirrepetu dak li għamlu kontra l-Ġermanja meta fit-tieni partita jilagħbu kontra l-Costa Rica fejn b’rebħa jiksbu wkoll post fil-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Għall-Ġappun f’din il-partita se jkollhom dubjużi lid-difensur Takehiro Tomiyasu u lil Hiroki Sakai. Għall-Costa Rica, dan se jkun ċans li jpattu u juru l-kwalitajiet tagħhom wara l-umiljazzjoni li sofrew fl-ewwel partita kontra Spanja. Il-kowċ Luis Fernando Suarez jidher li se jkollu disponibbli l-players kollha għal din il-partita.