Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Kanada jittamaw li jkunu ftit aktar iffortunati kontra l-Kroazja

(Ritratt: EPA)

5.00pm – Kroazja v Kanada

Il-Kanada se jkunu qed jittamaw li jkunu ftit aktar iffurtunati mill-ewwel ħarġa tagħom kontra l-Belġju u jiksbu l-punti mill-konfront kontra l-Kroazja. Fl-ewwel partita t-tim ta’ John Herdman deher tim aggressiv b’numru ta’ elementi żgħażagħ li hum promittenti.

Il-finalisti tal-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, l-Kroazja ftit li xejn impressjonaw fl-ewwel ħarġa tagħhom meta temmew fi draw ta’ 0-0 kontra l-Marokk. Għall-Kroazja dan se jkun konfront importanti sabiex isaħħu t-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw.