Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar b’investiment f’bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar b’investiment qawwi f’bini ta’ kilometri ta’ ħitan tas-sejjieh ko-finanzjati minn Fondi Ewropej.

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar irnexxielu jottjeni baġit konsiderevoli ta’ Fondi Ewropej, The European Agricultural Fund for Rural Development. Dan l-investiment kien jinkludi bini mill-ġdid u restawr ta’ kilometri kbar ta’ ħitan tas-sejjieh f’dan ir-raħal pittoresk.

Ir-restawr u bini ta’ ħitan tas-sejjieh saru f’diversi zoni u siti partikolari fir-raħal. Dawn kienu, fost l-oħrajn, fiż-zona magħrufa bħala tax-Xadba u s-Sanap Cliffs li huma zoni magħrufa ħafna kemm mar-residenti kif ukoll mat-turisti.

Permezz ta’ dan l-investiment, il-Kunsill Lokali tal-Munxar permezz tal-użu ta’ dawn il-Fondi Ewropej irnexxielu mhux biss ikun ta’ assistenza lill-bdiewa tal-madwar iżda aktar min hekk ġie kkrejat wieħed mill-isbah pajsaġġi fil-gzira Għawdxija. Huwa għalhekk li din iż-zona qiegħda tkun frekwentata min numru ta’ familji li jgħażlu li jmorru f’dawn l-akkwati għall-passiġġati.