Internazzjonali Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Irvelli fi Brussell minn supporters tal-Marokk

Ħerba sħiħa fi Brussell hekk kif fl-aħħar ħin, il-Pulizija niżlu fit-toroq biex jikkontrollaw l-irvelli li qamu minn supporters tal-Marokk wara li dawn rebħu l-logħba tat-Tazza tad-Dinja li kellhom kontra l-Belġju.

Diversi supporters kissru diversi twieqi, qabbdu vetturi pparkjati u waddbu l-murtali fit-toroq.