Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu raġel ta’ 34 sena ttajjar minn vettura fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti Bormla.
Fil-post issejjaħ tim mediku li wara li tawh l-ewwel għajnuna, ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar
assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>