Il-mara tar-Re Charles tal-Ingilterra qed ittemm it-tradizzjoni tal-ladies-in-waiting li kienu l-aktar persuni viċin tar-Reġina Eliżabetta — omm ir-Re li mietet aktar kmieni fis-sena. Dan meta Camilla, magħrufa bħala l-Queen Consort, ‘il quddiem se tkun qed tingħata l-assistenza minn grupp ta’ qaddejja nisa bl-isem ta’ ‘Queens’ companions’.
Filwaqt li r-riforma tinvolvi ‘immodernizzar’ tat-titlu, is-sitt assistenti mhumiex se jkunu daqstant fil-kumpannija ta’ Camilla – kuntrarju għar-rwol preċedenti tal-ladies-in-waiting tar-Reġina Eliżabetta. Intant, l-assistenti li se jaqdu dan ir-rwol aktar informali jridu jgħinu u jappoġġjaw lill-Queen Consort meta hi tkun qed tattendi għall-avvenimenti pubbliċi.
L-istess assistenti mhumiex se jkollhom iwieġbu aktar għall-korrispondenza jew jieħdu responsabbiltà għal xi aspetti tal-amministrazzjoni relatati mal-irjali. Huma lanqas mhuma se jirċievu salarju iżda l-ispejjeż kollha tagħhom se jkunu mħallsin mill-Palazz.
Ir-rwol tal-ladies-in-waiting imur lura għaż-żmenijiet tal-medjuevu, b’dawn il-qaddejja tar-Reġina, fil-passat, ikunu kważi kollha membri ta’ familji aristokratiċi. Mhux għal darba jew tnejn li wħud kienu spiċċaw f’diversi kontroversji li kienu jinvolvu anki lir-Rejiet u l-Irġejjen tal-Ingilterra.
//= $special ?>

