Lokali

Nhar il-Ħadd dimostrazzjoni Nazzjonali favur il-ħajja quddiem Kastilja

Il-Fondazzjoni Life Network flimkien ma’ Doctors for Life u I See Life ħabbru li se jorganizzaw protesta nazzjonali nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru fi 1500hrs fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta.

Huma saħqu li dan se jkun qed jitwettaq f’sostenn għal Kampanja ‘Int Tista’ Ssalvani’.

Ġie spjegat li l-emendi ppreżentanti mill-Gvern Laburista fl-artikli 241 u 243 tal-Kodiċi Kriminali kif inhuma proposti jiftħu tieqa għall-introduzzjoni tal-abort f’Malta.

Huma saħqu li jekk din l-emenda ssir liġi, l-abort se jkun qiegħed jitħalla jitwettaq għal kwalunkwe raġuni li tista’ b’xi mod taffettwa saħħet l-omm…inkluż is-saħħa mentali.

Ġie spjegat li fir-Renju Unit, l-abort isir kull 3 minuti minħabba raġunijiet ta’ “saħħa mentali.”

Għaldaqstant il-poplu Malti u Għawdxi ġie mħeġġeġ sabiex jattendi din il-protesta sabiex jitwassal messaġġ ċar li l-Gvern m’għandu ebda mandat biex jintroduċi l-abort.

Huma saħqu li issa wasal iż-żmien li ċ-ċittadini jsemmgħu leħinhom.