Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ma’ karozza għall-ħabta tas-6:15am fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 52 sena residenti Ħad-Dingli u mutur misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.