Lokali

SPLUŻJONI KAMRA TAN-NAR: Leonard Bartolo joħroġ mill-isptar

Ħareġ mill-isptar ir-raġel li indarab fl-isplużjoni li seħħet ilbieraħ filgħodu fil-Kamra tan-Nar San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop.

Leonard Bartolo jinsab lura d-dar, u qed jirkupra mix-xokk kbir li ġarrab kawża ta’ din it-traġedja li fiha miet Nardu Camilleri.

Ir-raħal sħiħ għadu f’luttu. U sa dalgħodu, fil-pjazza ta’ Ħal Kirkop, kulħadd kien għadu qed jitkellem fuq din it-traġedja li heżżet is-St Joseph Fireworks Factory.

Wara li ħareġ mill-isptar, Bartolo ħalla dan il-messaġġ fuq Facebook. “Ninsab iddispjaċut ħafna bit-telfa tal-ħabib kbir tiegħu Leonard Camilleri”. Fl-istess waqt, u rringrazzja lis-servizzi ta’ emerġenza li intervjenew mal-ewwel wara l-isplużjonijiet, u lill-istaff ta’ Mater Dei li ħa ħsieb is-saħħa tiegħu.