Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Stennija għall-konfront bejn Spanja u l-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

8.00pm – Spanja v Ġermanja

Stennija għall-partita bejn żewġ timijiet mill-kontinent Ewropew dik bejn Spanja u l-Ġermanja. Spanja fl-ewwel partita wrew l-qawwa tagħhom minkejja l-iskwadra żagħżugħa tagħhom wara li fl-ewwel partita għelbu lil Costa Rica 7-0 fejn matul din il-partita ddominaw mill-bidu sat-tmiem fejn rnexxielhom jagħmlu qrib elf pass.

Il-Ġermanja minn naħa l-oħra ddiżappuntaw lil bosta hekk kif tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-Ġappun f’partita li dehret waħda mill-partiti li l-Ġermanja setgħu rebħu. Għat-tim ta’ Hans-Dieter Flick jidher li se jkollu lill-players kollha disponibbli għal din il-partita.