Sport Sport Ieħor

UEFA Futsal CL: Luxol St. Andrews jispiċċaw it-tielet fi Grupp C

(Ritratt: Joe Borg)

Fl-aħħar impenn tagħhom mill-Elite Round tal-UEFA Futsal Champions League, Luxol St. Andrews spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra t-tim mir-Repubblika Ċeka Chrudim biex b’hekk spiċċaw fit-tielet post ta Grupp C b’żewġ punti. Fil-partiti l-oħra Luxol ġew draw ta’ 0-0 kontra Kairat tal-Każakstan u sofrew telfa ta’ 6-0 kontra t-tim b’saħħtu ta’ Benfica.

Wara tliet minuti kienu ċ-Ċeki li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Dosa biex erba’ minuti wara Luxol ġabu d-draw permezz ta’ Fumaca bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ 1-1.

Il-Maltin ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u wara ħames miuti marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ b’gowl ta’ Celino Alves, iżda sfortunatament Telisi wettaq awtogowl u Chudrim reġgħu kisbu d-draw bir-riżultat finali jkun dak ta’ 2-2.