Lokali Saħħa

6 każi ġodda ta’ Covid-19

Bejn il-Ħadd u t-Tnejn instabu 6 każi ġodda ta’ Covid-19.  Dan filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 10 persuni oħra.

B’hekk it-total ta’ każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna preżentament huwa ta’ 171.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 809.