Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Bounou mibdul eżatt qabel il-bidu tal-logħba

(Ritratt: EPA)

Xi ġralu l-gowlkiper tal-Marokk Yassine Bounou? Hu kien imħabbar li se jkun fil-formazzjoni inizjali, ħareġ mat-tim fil-pitch u kien preżenti wkoll fid-daqq tal-innijiet, iżda kien mibdul mumenti qabel il-bidu tal-logħba. Meta t-tim ħa r-ritratt ta’ qabel il-logħba kien hemm minfloku Munir El Kajoui.

Ir-raġuni kienet li ħassu qed jistordi u fuq parir mediku tat-tabib tat-tim Abderrazak Hefti ġie mibdul. Bounou kien qed jitkellem ukoll mar-referee Cesar Ramos wara li deher jitfa’ jdejh fuq irkupptejh waqt id-daqq tal-innijiet. Madankollu hu mistenni jkun disponibbli għall-aħħar logħba tal-grupp.