Futbol Sport

Delio Rossi f’Malta għal Festa Lazio

(Ritratt: EPA)

L-eks kowċ ta’ Lazio Delio Rossi mistenni f’pajjiżna fi tmiem din il-ġimgħa, għal Festa Lazio organizzata mil-Lazio Supporters Club Malta.

Delio Rossi ngħaqad ma’ Lazio mingħand Atalanta fl-2005, u qatta’ erba’ snin mal-klabb. Matul dik l-esperjenza, Delio Rossi ggwida lill-iskwadra għar-rebħ tal-Coppa Italia fl-istaġun 2008/09.

Minn dakinhar, Delio Rossi kellu esperjenzi ma’ Palermo, Fiorentina, Sampdoria, Bologna , Levski Sofia u Ascoli Calcio, f’dik li kienet l-aħħar esperjenza tiegħu bħala kowċ, lura fl-2020.

Hu se jkun akkumpanjat minn Danilo Galdino, ġurnalist, awtur u partitarju ta’ Lazio li jmexxi programm fuq l-istazzjon Radio Incontro Olympia.

Partitarji ta’ Lazio se jkunu jistgħu jqattgħu serata ma’ Delio Rossi u Danilo Galdino, organizzata mil-Lazio Supperters Club Malta, nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru