Sport Sport Ieħor

Fgura Kenky jegħlbu lil Ħamrun Bayern A f’logħba missielta

Fgura Kenky kisbu rebħa importanti ta’ 5-3 kontra Tim A Ħamrun Bayern fl-iktar logħba mistennija mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Darts Association. F’partiti oħra, Tim B Ħamrun Bayern u Floriana Ajax kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-3 kontra Top Gun Bar u Sliema Inter Darts Club rispettivament.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Birżebbuġa Lions ikkonfermaw il-mument pożittiv tagħhom wara li għelbu lil PO’s Bar 6-2 filwaqt li Cox Bar irritornaw għar-rebħ wara suċċess ta’ 5-3 kontra Fgura Maypole . Beland Żejtun rebħu bl-istess skor lil Każin Madonna tal-Ġilju.

Mill-Kampjonat tat-tielet diviżjoni, Juventutis Domus kellhom rebħa ta’ 5-3 fid-derby taż-Żejtun kontra Leah’s Bar filwaqt li Żebbuġ Rangers għelbu lil Tim B Duke’s Bar 5-3 u Tim A Duke’s Bar ħadu walk-over ta’ 8-0 kontra Mqabba FC.