Sport Sport Ieħor

Fishing League: Fortune Calafato Champion tal-KSFA Singles League

Il-Ħadd, f’kundizzjonijiet ta’ riħ u xita, saret il-finali tal-KSFA Singles League li saret fix-xatt ta’ Tas Sliema. Fil-kompetizzjoni tal-Ħadd, Clayton Camilleri, rebaħ b’1.80kg segwit minn Roderick Colerio b’1.35Kg u Scott Farrugia fuq 1.15. Catch and Release kien ipprattikat fit-tmiem tas-sajda. Wara t-tieni post li kien kiseb Fortune Calafato fis-sajda ta’ qabel f’San Ġorġ Marina, bi 3.38kg ħut, il-qabda tiegħu fl-aħħar kompetizzjoni, ta’ qrib 1 Kg ħut kienet biżżejjed biex Fortune ikun inkurunat Champion għall-2022.

L-aħħar sajda ta’ din is-sena hija l-Open Float li se ssir il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, li tiġi segwita bil-preżentazzjoni lir-rebbieħa kolha fit- 13 ta’ Diċembru.