Internazzjonali

F’Wales: 3 arrestati wara sejba ta’ żewġ katavri ta’ trabi

F’Wales, il-pajjiż sħiħ għadu taħt xokk wara li żewġt trabi nstabu mejta f’Wildmill.

Każ illi wassal għall-arrest ta’ żewġt irġiel ta’ 37 u 47 sena u mara ta’ 29 sena. It-tliet persuni qed ikunu investigati wkoll li pruvaw jaħbu t-twelid ta’ tarbija oħra għal raġunijiet li s’issa għadhom mhux magħrufa.

Rapporti fil-media Brittannika qed jgħidu li s-Sibt ġew imsejħa l-Pulizija fil-binja fejn kienu jinsabu l-katavri tat-trabi.

Sa issa l-Pulizija Brittanika ma tantx ħarġet informazzjoni dwar dan il-każ. Madanakollu qed titlob lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun jassistiha, anke b’mod kunfidenzjali, bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin f’dan il-każ.